Jerome Boateng jista’ jirriskja ħames snin ħabs

Id-difensur internazzjonali Ġermaniż ta’ Bayern Munich, Jerome Boateng, qed jirriskja li jeħel ħames snin ħabs wara li qed jiġi akkużat bi vjolenza domestika. Fil-fatt fl-10 ta’ Diċembru li ġej huwa se jidher quddiem il-qorti Ġermaniża biex jiġi deċiż dan il-każ. 

Qed jiġi allegat li Boateng ikkawża feriti fuq l-eks mara tiegħu, Sherin Senler, fis-sena 2018 waqt li l-koppja kienet fuq vaganza privata. F’dawn l-aħħar sigħat feġġ video li ħareġ minn kameras tas-sigurtá fejn Boateng deher jwaddab kontenitur tax-xemgħat fid-direzzjoni ta’ Senler u evenwtalment iweġġagħha.

Minkejja li għal dawn l-aħħar xhur huwa kien qed jiċħad dawn l-akkużi, il-filmati qed juru mod ieħor u għaldaqstant il-player Ġermaniż jinsab beżgħan.

Share With: