Jindarab gravi wara li ċeda bih it-taraġ f’Għawdex

Raġel Ingliż ta’ 55 sena joqgħod Kerċem, Għawdex, weġġa’ gravi f’inċident, f’Għawdex.

L-inċident seħħ aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m fi Triq il-Kavallieri, ix-Xlendi fi Triq il-Kavallieri fil-limiti tal-Munxar.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel waqt li kien nieżel, it-taraġ ċeda bih.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli u tim mediku assistew lir-raġel u ttieħed l- Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: