Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li għen persuni jidħlu jew joħorġu mill-pajjiż

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti, raġel ta’ 26 sena mill-Gambia, residenti Ħal Far, quddiem il- Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia.

Huwa ġie akkużat talli nhar is-7 t’Ottubru, 2020 u fix-xhur ta’ qabel, għen persuni biex jidħlu u/jew joħorġu mill-pajjiż billi biegħ passaporti.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. Ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u ġie skortat lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts.

Share With: