Jirringrazzja lil pulizija Malti li żamm kumpanija lil oħtu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha

“Nixtieq nirringrazzja lill-uffiċjal Pulizija li qagħad ma’ oħti fl-aħħar minuti ta’ ħajjitha.” Dan kien il-messaġġ kommoventi li raġel, li jgħix l-Awstralja, tella’ fuq il-midja soċjali hekk kif irrakkonta b’dieqa kif dan l-uffiċjal tal-Pulizija baqa’ jżomm kumpanija lil oħtu fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha.

Ir-raġel qal li ħuh, li jgħix Malta,irċieva telefona fejn kien informat biex imur l-isptar minħabba l-kundizzjoni medika ta’ oħtu. Meta dan eventwalment wasal l-isptar huwa ra uffiċjal tal-pulizija ħdejn oħtu u nnota kif kien qed iżommilha jdejha għall-appoġġ u biex ma jħallihiex waħedha f’dak il-mument diffiċli.

“Oħti mietet minuti biss wara,” żied jgħid il-messaġġ.

Ir-raġel temm billi rringrazzja lill-uffiċjal tal-pulizija inkwistjoni u lit-Taqsima tal-Emerġenza għall-għajnuna tagħhom.

Share With: