Jordan Veretout kuntent ma’ Roma

M’hemmx dubju li bħalissa l-midfielder Franċiż ta’ AS Roma Jordan Veretout għaddej minn forma mill-aqwa hekk kif skorja sitt goals fl-aħħar seba’ logħbiet li lagħab.  

Hu sab ix-xibka fil-logħba li jumejn ilu lagħab ma’ Roma kontra Milan fid-draw eċċitanti ta’ 3-3 fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Taljan.  

Bosta osservaturi tal-football Taljan huma tal-fehma li Veretout issa daħal sew fl-ambjent Giallorosso wara li ġie akkwistat fis-sajf tas-sena l-oħra. Huwa ngħaqad magħhom b’mod permanenti f’Lulju li għadda wara perjodu ta’ self mingħand Fiorentina u ffirma kuntratt ta’ erba’ snin.  

Veretout qal li jinsab onorat li jilbes il-flokk ta’ Roma u wiegħed lill-partitarji li se jgħinhom sabiex jispiċċaw mal-ewwel erba’ timijiet fil-kampjonat fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.  

Share With: