Karkriż isofri ġrieħi gravi wara ħabta fil-Marsa

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Marsa fil-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti Birkirkara u vettura tal-għamla Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 62 sena residenti l-Marsa.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Share With: