Kevin De Bruyne mistenni jġedded ma’ Man City

Il-midfielder Belġjan, Kevin de Bruyne, mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City. Il-player Belġjan jista’ jiffirma ftehim ġdid li jorbtu mat-tim li jilgħab fl-Etihad Stadium għal ħames snin oħra. 

Il-plejer ta’ 29 sena jinsab kuntent taħt il-coach Pep Guardiola u għalkemm f’dawn l-aħħar snin kien qed jissielet kontra sensiela ta’ injuries baqa’ sorpriż bil-mod ta’ kif trattawh f’dan iż-żmien xejn sabiħ.

De Bruyne ingħaqad mas-Citizens fis-sena 2015 għas-somma ta’ €75 miljun mingħand Wolfsburg. Minn dakinhar huwa lagħab 155 partita u skorja 37 goal.

Share With: