Kważi 20,000 każ ta’ Covid-19 fost ħaddiema ta’ Amazon fl-Istati Uniti

Il-kumpanija Amazon qalet li aktar minn 19,816-il ħaddiem tagħha fl-Istati Uniti laqqtu l-Coronavirus minn Marzu. 

Dan in-numru huwa ekwivalenti għal 1.44% tal-1.37 miljun ħaddiem tagħha u s-sussidjarja tagħha Whole Foods. 

Amazon kienet iffaċċjat kritika minn impjegati, unions u uffiċjali eletti, li akkużaw lill-kumpanija li kienet qiegħda tpoġġi saħħet l-impjegati tagħha f’riskju. Madankollu, Amazon qalet li r-rata ta’ infezzjoni kienet inqas milli mistenni. 

Il-kumpanija żammet il-faċilitajiet tagħha miftuħa matul il-pandemija biex tissodisfa żieda fid-domanda minn xerrejja li kellhom jibqgħu d-dar.

Li tibqa’ miftuħ wera li jħalli qligħ kbir għad-ditta tal-kummerċ elettroniku u żied mal-ġid tal-fundatur Jeff Bezos, li huwa l-iktar bniedem sinjur fid-dinja. 

Share With: