Kylian Mbappe jista’ jitlaq lil Paris SG

L-attakkant internazzjonali Franċiż Kylian Mbappe mistenni jitlaq liċ-champions Franċiżi Paris St Germain fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Għalkemm ninsabu fil-bidu ta’ staġun ġdid, Mbappe jaf li dawn se jkunu l-aħħar xhur fil-belt kapitali Franċiża hekk kif qed tikber aktar il-possibbiltá li jmur jilgħab ma’ Real Madrid jew Liverpool li t-tnejn li huma ddikjaraw l-interess tagħhom fih.  

Sadanittant Mbappe għad għandu kuntratt ma’ PSG sal-aħħar tal-istaġun 2021-22. Huwa għandu 21 sena u skorja 57 goal f’54 partita ma’ PSG. 

Share With: