L-Air Malta tneħħi t-tariffi ta’ prenotazzjoni mill-ġdid

Sabiex tagħmel l-ivvjaġġar aktar faċli u terġa’ tikseb il-fiduċja tal- klijenti, l-Air Malta ħabbret illum li neħħiet it-tariffi tal-prenotazzjoni mill- ġdid għall-biljetti tat-titjira fuq is-servizzi tagħha maħruġa sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-Linja tal-ajru naqqset ukoll it-tariffa tagħha għall-bdil fl-isem għal Eur 5 biss. Din il-promozzjoni se tkun disponibbli fuq in- nollijiet kollha. 

Waqt li kien qed jikkummenta fuq din l-inizjattiva Paul Sies, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Ninsabu kuntenti li qed inħabbru din il- bidla li hija maħsuba biex toħloq u tiggarantixxi serħan il-moħħ għall- passiġġieri kollha tal-Air Malta. F’dan iż-żmien, nemmnu li l-flessibilita hija essenzjali u b’dawn il-bidliet nittamaw li nkomplu nsaħħu l-fiduċja tal-pubbliku fl-ivvjaġġar bl-ajru u nagħmluha aktar faċli għall-klijenti tagħna biex jibdlu t-titjiriet jekk ikollhom bżonn.” 

It-tariffa għall-prenotazzjoni mill-ġdid qed tiġi wkoll imneħħijja fuq prenotazzjonijiet li saru qabel. Il-bidliet jistgħu jsiru mingħajr ħlas sal- 31 ta’ Diċembru 2020 filwaqt li l-ivvjaġġar jista’ jsir sal-31 ta’ Diċembru 2021, u b’hekk tingħata kull opportunita li tinstab it-titjira t-tajba. 

It-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra tal-biljett se jibqgħu l-istess. Se tinġabar kwalunkwe differenza fin-nollijiet. 

Il-bidliet jistgħu jsiru permezz taċ-ċentru telefoniku, l-Uffiċċju tal-Bejgħ jew l-aġenti tal-ivvjaġġar tal-Air Malta. Il-bidliet fil-biljetti maħruġa permezz tas-sit web tal-Linja tal-ajru www.airmalta.com jistgħu jsiru wkoll online filwaqt li l-prenotazzjonijiet li saru permezz ta’ aġenti tal- ivvjaġġar jeħtieġ li jsiru direttament mal-Aġent tagħhom. 

Għal aktar informazzjoni, żur www.airmalta.com. 

Share With: