L-Awstralja bit-tieni jum mingħajr imwiet bil-Covid-19… l-ewwel darba fi tliet xhur

L-Awstralja rrapportat it-tieni ġurnata konsekuttiva mingħajr imwiet bil-Covid-19, din hija l-iktar pawsa twila mingħajr imwiet f’dan il-pajjiż f’dawn l-aħħar tliet xhur.

Jidher li anke n-numru ta’ infezzjonijiet qiegħed jonqos hekk kif matul il-ġurnata tal-bieraħ l-istati u territorji Awstraljani rrapportaw biss 16-il każ ġdid ta’ Covid-19. Dawn hu tnaqqis anke fuq il-ġurnata tal-qabel li fiha kien irrapportat 28 każ ġdid. 

Victoria, li huwa t-tieni l-iktar stat popolat ġewwa l-Awstralja u l-epiċentru tal-Covid-19, issa għandu biss 200 każ ta’ persuni li huma attivi. 

Share With: