L-edukaturi Maltin sogħbiena bit-telf tal-Kummissarju tal-Edukazzjoni

Charles Caruana Carabez kien meqjus bħala wieħed mill-ikbar esponenti tagħha

L-Uffiċċju tal-Ombudsman ħabbar li l-Kummissarju tal-Edukazzjoni fi ħdan l-uffiċċju, Charles Caruana Carabez, miet ħabta u sabħta matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.

Caruana Carabez, li kellu 73 sena, kien appuntat f’dan l-irwol f’Settembru tal-2017.

Kienu bosta li sellmu l-memorja tiegħu, fosthom edukaturi kollegi, kif ukoll eks-studenti tiegħu fid-diversi skejjel u kulleġġi, fosthom il-Junior College tal-Imsida.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman ddeskrivew lil Caruana Carbez bħala persuna “li ddedika ħajtu għall-promozzjoni tal-edukazzjoni, u li l-istandards tal-edukazzjoni terzjarja u post-sekondarja tibqa tal-ogħla livell. Fit-terminu qasir tiegħu, Caruana Carabez għamel li seta biex jassigura relazzjonijiet tajbin bejn l-Awtoritajiet u l-Istitutzzjonijiet Pubbliċi tal-Edukazzjoni, filwaqt li ddefenda l-interessi ta’ dawk kollha li ħassewhom aggravati kontra deċiżjonijiet ħżiena.”

L-MUT ukoll esprimiet s-sogħbien tagħha għat-telfien tiegħu.

Share With: