L-eks Prim Ministru Malasjan b’kontroversja jgħid li “l-Musulmani għandhom dritt joqtlu l-Franċiżi”

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison ikkritika bl-aħrax lill-eks Prim Ministru tal-Malasja u dan wara li dan iddikjara li “l-Musulmani għandhom dritt joqtlu lin-nies”.  Hu qal dan b’riferenza għal attakk terroristiku mdemmi fi Franza. 

Wara l-attakk l-eks Prim Ministru tal-Malasja, Mahathir Mohamad, fuq Twitter ikkritika il-vjolenza imma qal li l-azzjonijiet ta’ dak li wettaq l-attakk huma riżultat ta’ storja ta’ vjolenza kontra il-Musulmani fi Franza. “Persuni rrabjati joqtlu. Il-Franċiżi matul l-istorja tagħhom qatlu miljuni ta’ nies. Ħafna kienu Musulmani”. 

Hu wieġeb għal dak li qal il-President Franciż Immanuel Macron  fejn hu ddeskriva lil Iżlam bħala reliġjon fi kriżi u primittiva.

Min-naħa tiegħu l-eks Prim Ministru tal-Malasja, wieġbu li “inti qed titfa’ it-tort fuq il-Musulmani u fuq ir-reliġjon Musulmana, għal dak li twettaq minn persuna rrabjata. Il-Musulmani għandhom dritt jikkastigaw lill-Franċiżi.” Jgħid li l-Musulmani għandhom dritt li jkunu rrabjati u joqtlu miljuni ta’ Franċiżi u dan minħabba l-massskri tal-passat. 

Il-Prim Ministru Awstralja rrefera dawn il-kummenti tal-eks Prim Ministru Malasjan bħala “assurdi”.

L-eks Prim Ministru Malasjan b’kontroversja jgħid li “l-Musulmani għandhom dritt joqtlu l-Franċiżi”

Share With: