L-ewwel ritratt ta’ black hole jappoġġja t-teorija ta’ relatività ta’ Einstein

L-ewwel ritratt ta’ black hole, li kien ittieħed fl-2019, ikompli jappoġġja t-teorija ta’ Albert Einstein dwar ir-relatività ġenerali.

Sa minn meta nġibed ir-ritratt, it-tim ta’ riċerkaturi ta’ Event Horizon Telescope analizza d-dell tal-black hole.

Black holes min-naħa tagħhom ma jitfgħux dell fis-sens tipiku minħabba li huma mhumiex oġġetti solidi li ma jippermettux lil dawl jgħaddi minnhom. Minflok black holes jinteraġixxu mad-dawl b’mod xi ftit jew wisq differenti, madankollu joħolqu effett simili.

Black hole tista’ tiġbed id-dawl lejha u filwaqt li dawl abjad ma jgħaddix minn ġewwa l-black hole, huwa possibbli li dan jgħaddi minn mal-periferiji tal-black hole.

It-tim ta’ riċerka kejjel it-tgħawwiġ tad-dawl u sab li d-daqs tad-dell tal-black hole fir-ritratt jirrispetta t-teorija ta’ relatività ta’ Einstein.

L-istudju kien ippubblikat nhar il-Ħamis li għadda fil-ġurnal Physical Review Letters.

Share With: