L-imwiet fir-Renju Unit kaġun tal-Covid jirdoppja minn ġimagħtejn ilu

In-numru tal-imwiet kaġun tal-coronavirus fir-Renju Unit illum kien jammonta għal 136, ir-raba’ jum konsekuttiv fejn il-fatalitajiet kaġun tal-virus qabeż il-100. In-nurmu ta’ mwiet reġistrati llum huwa aktar mid-doppju ta’ dak li kien reġistrat ġimagħtejn ilu.

Intant in-numru ta’ każi ġodda f’dawn l-aħħar 24 siegħa jammonta għal 15,650, bi 844 persuna jiddaħħlu l-isptar għall-kura. In-numru ta’ każi ġodda reġistrati lbieraħ kien jammonta għal kważi 19,000 każ.

Il-każijiet ġodda fir-Renju Unit żdiedu b’mod sinjifikanti minkejja li matul din il-ġimgħa miljuni ta’ persuni qed ikollhom isegwu miżuri ġodda drastiċi ta’ lockdown.

Fl-istess waqt in-numru ta’ persuni li qed imutu kaġun tal-virus huwa inqas mir-rata ta’ mwiet reġistrati aktar kmieni din is-sena fl-eqqel tal-pandemija.

Mill-bidu ta’ Diċembru inqas minn 15% tal-persuni li ddaħħlu l-isptar għall-kura kaġun tal-virus mietu. B’kuntrast mat-30% tal-persuni li kienu qed jiddaħħlu fil-kura fl-eqqel tal-pandemija kienu qed imutu kaġun tal-virus.

Share With: