L-inġinier Peter Padsen arrestat wara li pprova jaħrab mill-ħabs

L-inġinier tas-sottomarini Peter Padsen; ir-raġel li kien instab ħati bil-qtil tal-ġurnalista Svediża Kim Wall, nqabad waqt li kien qiegħed jipprova jaħrab mill-ħabs.

Il-Pulizija kkonfermat l-arrest ta’ raġel viċin il-ħabs li fih kien qed jinżamm Madsen, iżda s’issa jidher li dan irrifjuta li jikkonferma l-identità tiegħu. Ritratti mill-post li ttieħdu fl-aħħar sigħat juru l-Pulizija tiċċirkonda lir-raġel viċin il-ħabs fil-punent ta’ Copenhagen.

Madsen kien weħel għomor il-ħabsa wara li nstab ħati bil-qtil tal-ġurnalista li kienet marret fis-sottomarin li kien ħoloq hu stess lura fl-2017. Il-katavru tagħha kien instab fuq bajja minn persuna li kienet għaddejja minn hemm 11-il ġurnata wara.

Share With: