L-Italja tħabbar numru ta’ miżuri ġodda biex tikkontrolla l-Covid-19 wara żieda sostanzjali fil-każijiet ġodda

L-Italja ħabbret numru ta’ miżuri ġodda bil-għan li żżid ir-restrizzjonijiet fost żieda fil-każi ġodda ta’ persuni li qed jirriżultaw pożittivi għal-Covid-19.

Il-Prim Ministru Tajan Giuseppe Conte qal li l-miżuri l-ġodda huma meħtieġa biex tkun evitata lockdown ġdida.

Is-sindki tal-bliet se jingħataw poteri biex jagħlqu postijiet pubbliċi wara d-9.00 p.m., u biex jikkontrollaw il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ restoranti. Huma se jkunu jistgħu jikkontrollaw ukoll id-daqs tal-gruppi ta’ persuni.

Dawn il-miżuri tħabbru wara li għat-tieni jum konsekuttiv l-Italja rreġistrat numru rekord ta’ każi ġodda.

Ilbieraħ kienu rapportati 11,705 kai ġodda, wara l-10,925 każ reġistrati s-Sibt.

L-Italja kienet l-aktar pajjiż milquta ħażin fl-Ewropa fil-bidu tal-pandemija. S’issa kienu kkonfermati mal-414,000 każ ta’ coronavirus, b’aktar minn 36,000 persuna jmutu kaġun tal-virus.

Share With: