L-MUT tappella lill-Gvern biex jibda diskussjonijiet biex jagħlaq l-iskejjel

L-UPE tgħid li strajk fil-qasam edukattiv huwa mminenti

L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) qalet li qed tistenna lill-Gvern biex jibda d-diskussjonijiet meħtieġa biex jingħalqu l-iskejjel, minħabba ż-żieda fil-każi attivi tal-COVID-19. L-MUT qalet li ż-żieda fil-każi attivi qed taffetwa lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema. 

L-MUT qalet li mgħandux ikun hemm distinzjonijiet bejn l-iskejjel tal-istat u dawk tal-knisja jew privati. Kompliet tgħid li lanqas mghandu jkun hemm distinzjonijiet bejn il-livell primarju u dak sekondarju. L-istqarrija kkonkludiet tgħid li ġaladarba l-Gvern fetaħ l-iskejjel minn jeddu, għandu jerfa’ r-responsabbiltà hu wkoll ta’ dak kollu li jista’ jiġri.

L-UPE tgħid li strajk fil-qasam edukattiv huwa mminenti

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) wara laqgħa interna, qalet li fid-dawl tal-każi rekord li Malta qed ikollha, strajk huwa mminenti. L-UPE qalet li bgħatet stedina għal-laqgħa mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, liema stedina tiskadi nhar it-Tnejn. L-UPE qalet li l-Gvern u l-Ministeru għandhom iqisu din l-istedina bħala ultimatum.

Share With: