Lionel Messi jrid lil Lautaro Martinez ma’ Barcelona

Barcelona għadhom interessati fis-servizzi tal-attakkant ta’ Inter Lautaro Martinez u se jkunu qed jagħmlu minn kollox sabiex jakkwistawh għall-istaġun li ġej.  

Sadanittant l-istilla tat-team Lionel Messi talab sabiex id-diriġenti Katalani jġibu lejn il-Camp Nou lil dan il-player Arġentin għax jemmen li fl-attakk kapaċi jkollhom dik il-pedina ferm importanti.  

Minkejja dan kollu, Inter ċaħdu lil se jbiegħu lil Martinez speċjalment il-coach Antonio Conte li jqisu bħala ferm importanti fid-dipartiment offensiv tal-club.  

Finalment rapporti qed isostnu li Lautaro jista’ saħansitra jġedded il-kuntratt man-Nerazzurri sabiex iħalli lil diversi klabbs interessati fih ferm diżappuntati.  

Share With: