Liverpool wara Marcus Thuram

Liverpool ikkuntattjaw lil Borussia Monchengladbach fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tal-midfielder Franċiż, Marcus Thuram. Huwa jiġi iben l-ex difensur internazzjonali Franċiż, Lilian, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fis-sena 1998.  

Marucs għandu 23 sena u filwaqt li qed jimxi fuq il-passi ta’ missieru, qed jimpressjona ħafna fil-Bundesliga Ġermaniża. Bosta huma tal-fehma li Thuram għandu jaħtaf din l-opportunitá u jmur jilgħab f’Anfield sabiex ikabbar il-profil tiegħu bħala player.  

Fl-istess waqt, osservaturi tal-football Ġermaniż qalu li player bħal Marcus huwa addattat għall-Kampjonat Premier Ingliż minħabba s-saħħa, d-dribbling u l-viżjoni li għandu f’nofs il-ground.  

Huwa ilu ma’ Borussia Monchengladbach sa mis-sajf tas-sena 2019 fejn lagħab 36 partita u skorja 11-il goal.  

Share With: