Malta Chamber of SMEs: baġit li jestendi l-għajnuna għan-negozji

Il-Malta Chamber of SMEs laqgħet b’mod pożittiv il-fatt li numru ta’ proposti tagħha jinsabu fil-budget kif ukoll li l-Gvern estendi l-iktar inċentivi importanti b’rabta mal-Covid19.

Hija faħħret l-estensjoni tal-‘wage supplement’, il-possibilità li jiġu inklużi impjegati ġodda fl-għajnuna tal-Gvern u s-sett ġdid ta’ vawċers.

Il-Malta Chamber of SMEs irrimarkat ukoll li l-budget se jinċentiva l-investiment biex jgħin negozji jagħmlu trasformazzjoni diġitali u sostenibbli.

Fl-istess waqt qalet li l-inċentivi fit-taxxa u t-tnaqqis tar-rati tal-VAT kienu jgħinu biex iżidu l-abilità li n-negozji jinvestu waqt li lmentat li l-budget jonqos milli jagħmel dan.

Share With: