Malta fost l-aktar li għamlet titjib fl-UE fil-qasam tal-ugwaljanza tas-sessi

Malta għadha taħt il-medja tal-Unjni Ewropea fl-ugwaljanza tas-sessi, madankollu flimkien mal-Italja u l-Lussemburgu hija meqjusa bħala fost l-aktar pajjiżi li għamlu titjib f’dan il-qasam matul dawn l-aħħar għaxar snin.

Skont l-indiċi annwali maħruġ miċ-ċentru għall-ugwaljanza tas-sessi fi ħdan l-UE, il-medja Ewropea hija ta’ 67.9 minn 100. L-Iżvezja, id-Danimarka u Franza baqgħu jokkupaw l-ogħla postijiet fl-indiċi ppubblikat mill-Istitut għall-Ugwaljanza tas-Sessi, bil-Greċja, l-Ungerija u r-Rumanija meqjusin bħala l-agħar f’dan il-qasam.

Intant fl-indiċi Malta kisbet 63.4 punt minn 100, żieda ta’ punt mis-sena li għaddiet.

Share With: