Malta l-ewwel fl-UE li se twaqqaf is-‘single-use plastic’

Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia iddikjara fil-Parlament li Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi tal-UE, jekk mhux l-ewwel, li se twaqqaf l-importatazzjoni tas-‘single-use plastic’.

Huwa qal dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar l-ambjent David Thake.

Id-deputat Nazzjonalista lmenta li mhux kull ‘single-use plastic’ se jitwaqqaf milli jiddaħħal fil-pajjiż mill-1 ta’ Jannar li ġej.

Fit-tweġiba tiegħu Farrugia beda biex qal li d-direttiva tal-UE li twaqqaf dan it-tip ta’ plastik tobbliga lill-pajjiżi jwaqqfu l-importazzjoni mill-2021 u mhux bilfors mill-1 ta’ Jannar kif se tagħmel Malta.

Huwa spjega kif mill-analiżi li saret f’pajjiżna irriżulta li l-iktar tip ta’ ‘single-use plastic’ użat huma l-boroż li jingħataw fil-ħwienet u l-‘cutlery’, bħal frieket u skieken tal-plastik.

Wara li Thake baqa’ jinsisti li “nfaqgħet il-bużżieqa” li s-‘single-use plastic’ kollu kien se jitwaqqaf milli jiġi impurat, Farrugia stieden lill-Oppożizzjoni biex jekk għandha xi tip ta’ plastik li tissuġġerixxi li jitwaqqaf mill-ewwel tgħidlu b’dan.

Fl-istess waqt huwa ikkritika lill-PN talli fil-proposti għall-budget għas-sena d-dieħla ma ħarġet b’ebda suġġeriment dwar dan u xebbħu ma’ Humpty Dumpty li joqgħod fuq il-ħajt.

Farrugia nsista li l-PN mhux xi għaqda mhux governattivi li tista’ tikkritika biss imma suppost gvern alternattivi u għalhekk mistenni minnu li joħroġ bi proposti.

Share With: