Malta titla’ sitt postijiet fir-rankings tal-FIFA

Meta l-Ħamis ġew imħabbra r-rankings il-ġodda tal-FIFA, il-Belġju baqgħu jżommu l-ewwel post biċ-ċaqlieq bejn l-ewwel 10 ikun wieħed minimu tant li ħadd ma niżel ‘il isfel minn dan il-post.

Għaldaqstant l-ewwel 10 bil-punti li għandhom inklużi fil-parentesi huma kif ġej: 1. Belġju (1765); 2. Franza (1752); 3. Brażil (1725); 4. Ingilterra (1669); 5. Portugall (1661); 6. Spanja (1639 +1); 7. Urugwaj (1637 -1); 8. Arġentina (1636 +1); 9. Kroazja (1634 -1); 10. Kolumbja (1631).

Warajhom jiġu l-Messiku fil-11-il post, l-Italja fit-12, il-Ġermanja fl-14 u l-Olanda fil-15 (-2).

It-team Malti għamel qabża ‘l fuq li ilu ma jagħmel bħalha meta tela’ sitt postijiet u issa jinsab fil-180 wieħed waqt li l-avversarji ta’ Malta fin-Nations League jinsabu hekk:     

Fa­roe Islands 107, Latvja 142 u Andorra 145.

Share With: