Mara ssofri ġrieħi serji wara li ġiet milquta u mkaxkra fil-Gżira

Mara ta’ 47 sena residenti l-Gżira, qiegħda tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li ndarbet f’inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni għall-ħabta tas-1:15 p.m fi Triq Rue D’Argens, il-Gżira.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru nstab li l-mara ġiet milquta u mkaxkra minn vettura li baqgħet sejra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-mara l- isptar fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: