Maradona f’iżolament minħabba sitwazzjoni xejn sabiħa

Il-footballer leġġendarju f’riskju li jiġi infettat minħabba problemi ta’ saħħa ulterjuri

Il-footballer leġġendarju Diego Maradona jinsab fi kwarantina wara li wieħed mill-persuni li joffrulu protezzjoni beda juri s-sintomi għall-virus. Maradona li għandu 59 sena u se jkun qed jagħlaq 60 sena l-Ġimgħa li ġejja beda l-kwarantina mill-bieraħ wara li fl-aħħar jiem kellu kuntatt ma’ dan il-guard.

S’issa Maradona mhu juri l-ebda sintomu u se jkun qiegħed jagħmel it-test fis-sigħat li ġejjin. L-eks stilla tal-ballun qed ikun ikkunsidrat f’riskju li jiġi infettat minħabba problemi ta’ saħħa kkawżati minn abbuż tad-droga u l-alkaħol. Minbarra dan kollu, fl-aħħar snin Maradona kellu wkoll problema ta’ piż żejjed.

Il-Gwardja ta’ protezzjoni se jkun qiegħed jiġi ttestjat llum wara li beda jiżviluppa sintomi li jinkludu riħ u nuqqas ta’ sensi bħalma huma s-sensi tat-tagħma u x-xamm.

Maradona għandu storja ta’ problemi ta’ saħħa. Fl-2004 huwa ngħata trattament minħabba problemi respiratorji relatati mal-abbuż tad-droga, fost interventi oħra.

Share With: