Marcello Lippi jfaħħar lil Andrea Pirlo

L-ex coach ta’ Juventus, Inter u tat-team nazzjonali Taljan, Marcello Lippi, faħħar il-kwalitajiet tal-coach il-ġdid Bianconero, Andrea Pirlo. Il-coach champion tad-dinja mat-team nazzjonali Taljan qal li Pirlo ħaqqu jkun f’dik il-pożizzjoni u bħala bniedem ta’ esperjenza jaf li dan l-ex midfielder offensiv se jirnexxi f’din il-kariga.

Hu faħħar ukoll is-serjetá li jħaddan l-istess Pirlo u dan kollu se jwassal għal aktar suċċess. Lippi kompla jgħid li minkejja li huwa bniedem ta’ ftit kliem, Pirlo xorta kapaċi jkun motivatur kbir għall-players tiegħu.

Lippi ftakar fiż-żmien meta kien jikkowċja lil Pirlo fil-bidu tas-snin 2000 u kemm kien strumentali fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006.

Share With: