Marcello Lippi jirtira minn coach

L-ex coach tat-team nazzjonali Taljan, Marcello Lippi, irriżenja mill-kariga ta’ coach ta’ Guangzhou Evergrande sabiex jieħu r-rwol ta’ direttur tekniku fi ħdan l-istess klabb.

Illum il-ġurnata Lippi għandu 66 sena u qal li ddejjaq jikkowċja u xtaq jibda avventura ġdida f’xogħol ieħor.

Sadanittant l-ex coach ta’ Juventus u Inter qal li issa qed iħossu jikber u wara numru ta’ snin fir-responsabbiltá tat-tmexxija, issa wasal iż-żmien li jkun hemm demm ġdid. Huwa kkonferma wkoll li Guangzhou Evergrande se jkollhom coach ieħor matul l-istaġun li ġej. Dawn tal-aħħar għadhom kemm rebħu t-tielet kampjonat konsekuttiv wara sensiela ta’ riżultati ferm pożittivi.

Share With: