Marlene ssuġġeriet li l-kuntratturi jirregalaw appartamenti lill-gvern biex jitqassmu lil min għandu bżonn

“Il-Partit Laburista li kkontestajt miegħu jien hu l-Partit tal-Ħaddiema. Baqgħax partijiet minnu ma nafx, x’aktarx li dan għadek issibu biss minimu f’xi mħuħ li baqa’ fil-partit”. Hekk bdiet l-intervent tagħha fil-Parlament Marlene Farrugia.

Wara li qrat kwotazzjoni ta’ Ġużè Ellul Mercer Farrugia qalet li l-akbar pjagi li ilu jsofri l-pajjiż tagħna hija l-problema tal-inugwaljanza. Farrugia qalet li hawn min isibha faċli biex jimxi ’l quddiem u jilħaq l-għanijiet tiegħu u oħrajn li jkunu parti minn ċirku vizzjuż.  Qalet li l-aktar fatturi importanti għall-bniedem biex jilħaq il-milja tiegħu hija d-dar fejn jgħix.

Fl-2013 il-partit Laburista telaq bi pjan bi proġett li jsolvi l-lista ta’ nies li kienu għadhom qed jistennew għall-housing. Qalet li l-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat meta resaq bl-iskema tal-IIP kien qal li l-ewwel 50 miljun kienu se jintefqu fi proġetti ta’ housing units. Farrugia qalet li wara ħames snin, il-Ministru Scicluna ħabbar proġett ta’ 60 miljun.

Marlene Farrugia ssuġġeriet li l-kuntratturi, li f’dawn l-aħħar snin ħadmu, bħala ringrazzjament jagħtu appartamenti lill-gvern biex jitqassmu lil min l-aktar għandu bżonn skont il-prijoritajiet.

Farrugia qalet dan kollu filwaqt li rrikonoxxiet li għaddejjin proġetti li sfortunatament għadhom mhux qed iħallu l-frott meħtieġ.

Share With: