Marseille kienu interessati f’Maradona

L-ex player leġġendarju Arġentin, Diego Armando Maradona, żvela li fil-bidu tas-snin disgħin hu kien ferm viċin li jingħaqad ma’ Olympique Marseille fi Franza.  

Dak iż-żmien, “El Pibe de Oro”, kif kien magħruf, kien jilgħab ma’ Napoli u kien għadu wkoll kemm kiseb it-Tazza UEFA wara r-rebħa fil-finali kontra VFB Stuttgart.  

Maradona qal li delegazzjoni ta’ Marseille immexxija mill-president tagħhom, Bernard Tapie, kienu marru l-Italja sabiex jipproponulu żieda fis-salarju u fuq kollox trattament daqs l-aqwa plejer fit-team.  

Minkejja kollox, dawn il-proposti ma kellhom l-ebda riżultat tant li Maradona baqa’ jilbes il-flokk ċelesti tal-club u kompla jilgħab għal tliet snin oħra fi Stadio San Paolo.  

Share With: