Mart Bernard Grech tirriżulta negattiva għall-Covid-19

AnneMarie Grech, mart il-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, irriżultat negattiva għall-Covid-19. Dan kien ikkonfermat fi stqarrija li kienet ippubblikata mill-PN illum.

Hija kienet f’iżolament mis-17 ta’ Settembru li għadda wara li fil-gym li tattendi kienet ġiet f’kuntatt ma’ persuna li kienet irriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Hija kienet irriżultat pożittiva għall-Covid-19 wara diversi jiem fi swab test ieħor li kien itteħdilha.

Dan kien wassal biex Barnard Grech ikompli bil-kampanja tiegħu onlajn sakemm fil-25 ta’ Settembru kien irriżulta negattiv għat-tieni swab test li kien sarlu.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-perjodu ta’ kwarantina ta’ AnneMarie se tkun qed tiġi fi tmiemha għada f’nofsillejl.

Share With: