Massimo Ferrero jirċievi ittri ta’ theddid

Il-president ta’ Sampdoria, Massimo Ferrero, kellu jmur jagħmel rapport fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija f’Ruma wara li f’dawn l-aħħar jiem kien qed jiġi mhedded b’ħajtu b’diversi telefonati u ittri anonimi li qed jirċievi. Żvilupp drammatiku li ġara jumejn ilu, kien meta Ferrero rċieva bullet ġo envelopp, episodju li beżża’ mhux ftit lill-president ta’ 69 sena.

It-tensjoni bejn il-partitarji Blucerchiati u l-ogħla awtoritajiet fi ħdan il-club laħqu livelli kritiċi wara li Ferrero naqas li jiftiehem mad-ditta mmexxija mill-ex player, Gianluca Vialli, sabiex jieħu lil Sampdoria taħt idejh.

It-team f’dawn l-aħħar snin, ftit kellu wirjiet denji fil-kampjonat Taljan u salvaw dejjem fl-aħħar mumenti tal-istaġun.

Ferrero ilu fit-tmexxija ta’ Sampdoria sa minn Ġunju 2014 meta ħa post Eduardo Garrone.

Share With: