Maurizio Sarri ma jdumx ma jirritorna jmexxi team

L-ex coach ta’ Juventus, Maurizio Sarri, qed jippjana li jerġa’ jibda jmexxi team tal-football wara l-Milied, hekk kif Sarri lest jibda jinnegozja tmiem il-kuntratt li għandu ma’ Juventus.

Huwa mifhum li Fiorentina huma ferm interessati li jiksbu s-servizzi ta’ dan il-coach għalkemm għadhom juru fiduċja fil-kowċ Vincenzo Iachini.

Maurizio Sarri qed isostni li hu ma spiċċax bil-ġlied minn ma’ Juventus u huwa għalhekk li jrid jinnegozja tmiem il-kuntratt tiegħu bil-kwiet.

Sarri spiċċa mill-kariga f’Awwissu li għadda fejn minkejja li rebaħ il-kampjonat mal-Bianconeri, ma ngħatax il-fiduċja mill-president ta’ Juventus, Andrea Agnelli, sabiex ħatar lil Andrea Pirlo minfloku. 

Share With: