Mauro Icardi viċin li jingħaqad ma’ AC Milan
Mauro Icardi jidher determinat li jingħaqad ma’ AC Milan hekk kif jinsab f’taħdidiet magħhom. L-istess attakkant Arġentin ftit li xejn qed isib spazju ma’ Paris St Germain immexxija mill-coach Thomas Tuchel, bil-mara u aġent tiegħu, Wanda Nara, saħansitra tifraħ lir-Rossoneri għar-rebħa riċenti ta’ 2-1 fid-Derby della Madonnina.
Ir-Rossoneri ilhom għal xi żmien ifittxu s-servizzi ta’ attakkant li jilgħab flimkien ma’ Zlatan Ibrahimovic u anke biex jieħu post l-attakkant Svediż meta dan jirtira.
Jidher li diġá ntlaħaq ftehim fi prinċipju ma’ Wanda Nara biex Icardi jirritorna f’Milan din id-darba biex jilgħab mar-rivali tal-ex team tiegħu Inter, għas-somma ta’ €40 miljun, liema somma tidher li diġá ġiet approvata wkoll mill-Kap Eżekuttiv ta’ AC Milan, Ivan Gazidis.