Membru tal-istaff tal-Palazz jinstab pożittiv… Il-President ta’ Malta jittestja negattiv għall-COVID-19 iżda jinsab f’iżolament

L-Uffiċċju tal-President javża li, wara li għamel swab test ta’ rutina, membru tal-istaff tal-Palazz instab li huwa pożittiv għall-COVID-19. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-President ta’ Malta u l-mara tiegħu, li dalgħodu għamlu swab test ta’ rutina li rriżulta negattiv—xorta waħda ddeċidew li joqogħdu  f’iżolament għal żmien ġimgħa bħala miżura ta’ prekawzjoni. Konsegwentament, l-impenji kollha li  l-President kellu skedati għall-ġimgħa d-dieħla qed jiġu posposti.

Share With: