“Mhu veru xejn li għaddejja ħidma fuq xi skema li ġiegħel lin-nies biex jadottaw l-immigranti d-dar” – Il-Ministru Byron Camilleri

Fl-aħħar sigħat il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri għamel kjarifika u kkonferma li mhu veru xejn li għaddejja ħidma fuq xi skema li ġiegħel lin-nies biex jadottaw l-immigranti d-dar. 

Camilleri kompla li kull meta tinżamm l-pożizzjoni soda ta’ Malta fuq is-suġġett, Peppi Azzopardi u persuni oħrajn ta’ spiss jiktbu li huma lesti jżommu immigrant fid-dar tagħhom b’mod volontarju. 

“Saħansitra kitbu lili. Weġibthom li jekk iridu jistgħu jgħinu persuni milli diġa’ hemm fiċ-ċentri miftuħa u għalhekk daħħalthom f’kuntatt mal-AWAS”, kompla Camilleri. 

Qal ukoll li kien ċar kull darba, li x-xewqa tagħhom mhux se trattab il-pożizzjoni tagħna fuq is-suġġett u Malta ser tibqa’ taħdem biex: 

– B’kollaborazzjoni mal-Libja tipprevjeni l-wasliet
– Tirritorna lil dawk li m’għandhomx dritt ikunu hawn 
– Tirriloka persuni li jkunu salvati wara li Malta tkun qdiet l-obbligi internazzjonali tagħha

Share With: