Michel Vorm jirtira mill-football
Il-goalkeeper Olandiż ta’ Tottenham Hotspur Michel Vorm, iddeċieda li jdendel l-ingwanti darba għal dejjem. Il-goalkeeper ta’ 37 sena għażel il-midja soċjali sabiex isellem lill-partitarji tiegħu fejn faħħarhom għal-lealtá u l-imħabba li dejjem urew fil-konfront tiegħu.
Vorm lagħab 48 darba ma’ Tottenham Hotspur sa minn meta ngħaqad magħhom fis-sena 2014. Hu kellu wkoll esperjenzi ma’ Swansea City, Utrecht FC u Den Bosch. Fl-istess waqt Vorm kellu s-sodisfazzjon li jilbes il-flokk tat-team nazzjonali ta’ pajjiżu 15-il darba.
Ħafna osservaturi tal-football Ingliż faħħru l-professjonalitá li kien iħaddan Vorm fejn minkejja li ftit ingħata ċans mill-coaches rispettivi ta’ Spurs, baqa’ jkun disponibbli kull meta kien hemm bżonn.