Milan Skriniar lura ma’ Inter

Id-difensur ta’ Inter Milan Skriniar irritorna l-Italja wara 21 ġurnata fi kwarantina f’pajjiżu. Minkejja dan ir-ritorn, huwa ferm diffiċli li l-kowċ ta’ Inter Antonio Conte jkun jista’ jużah għall-konfront  kontra Parma minħabba li mhux daqshekk tajjeb fiżikament wara nuqqas ta’ taħriġ.

Sadanittant l-istess plejer ta’ 25 sena qed jistenna r-riżultat tat-tielet swab test li ħa sabiex jara li kollox ikun negattiv.

Skriniar irriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara li lagħab għat-team nazzjonali Slovakk fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Huwa tilef erba’ logħbiet mis-Serie A u qatta’ l-kwarantina tiegħu fil-belt Slovakka ta’ Ziar.

Matul dan ix-xahar, Skriniar sar ukoll missier hekk kif twieldet it-tifla tiegħu. Minkejja kollox hu ma setax jaraha u issa jinsab ħerqan sabiex jgħannaqha miegħu.

Share With: