Mill-anqas erba’ persuni jmutu u mal-120 ndarbu kawża ta’ terremot fil-Baħar Eġew

Mill-anqas erba’ persuni nqatlu u mal-120 oħra ndarbu f’terremot qawwi fil-Baħar Eġew li heżżeż lit-Turkija u l-Greċja.

Diversi binjiet spiċċaw imġarrfa fiż-żona ta’ Izmir fit-Turkija, iżda s’issa għad m’hemm l-ebda informazzjoni dwar il-fatalitajiet kkawżati mit-terremot. Skont l-awtoritajiet Torok jidher li t-terremot kien wieħed li tkejjel b’forza ta’ madwar 6.6 fuq l-iskala richter. Il-Ministru tas-Saħħa fil-pajjiż ikkonferma li hemm mill-anqas erba’ vittmi.

Il-midja Griega qed tirraporta li r-residenti ta’ Samos u gżejjer oħra ħallew djarhom, iżda jidher li m’hemmx rapporti ta’ persuni li ndarbu. Iż-żewġ pajjiżi rrapurtaw theżżiżiet li segwew it-terremot u f’Samos hemm ukoll twissija ta’ possibbilità ta’ tsunami u b’hekk ir-residenti ġew mħeġġin jżommu ‘l bogħod mill-kosta.

Share With: