Mill-inqas 7 studenti jinqatlu u għexieren oħrajn jindarbu f’attakk terroristiku f’seminarju fil-Pakistan

Mill-inqas seba’ studenti nqatlu filwaqt li 50 persuna oħra ndarbu fi splużjoni li uffiċjali qalu li seħħet wara li tpoġġew splussivi f’seminarju f’Peshawar.

Bomba f’seminarju reliġjuż fil-belt ta’ Peshawar fil-Pakistan qatlet mill-inqas seba’ persuni filwaqt li ħalliet diversi oħrajn midrubin.

Uffiċjal tal-Pulizija qal li persuni mhux identifikati daħħlu l-isplussivi fis-seminarju billi ħbewhom f’basket tal-plastik.

Fil-mument meta seħħet l-isplużjoni kien hemm aktar minn 60 student preżenti għal lezzjoni. Is-seminarju Jamia Zuberia jinsab madwar 170 kiloemtru fil-Punent ta’ Islamabad.

Share With: