Mill-kampjonat tad-dilettanti għall-Premier League Ingliż

Player li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien jilgħab fil-kampjonat tad-dilettanti Ingliż jista’ saħansitra jispiċċa jilgħab fil-Kampjonat Premier Ingliż Leicester City. Dan m’hu ħadd ħlief Jacob Wakeling li mistenni jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu fil-jiem li ġejjin. Dan il-player ta’ 19-il sena kien rilaxxjat minn West Bromwich Albion wara li xejn ma impressjona fil-prova tiegħu matul dan is-sajf.

Eventwalment dan il-player li jilgħab bħala attakkant ingħaqad mat-tim tad-dilettanti Alvechurch u magħhom spikka fil-veru sens tal-kelma hekk kif skorja goals importanti għalihom u rebbaħhom diversi partiti importanti.

Kien għalhekk li Leicester City għajtu lil Wakeling sabiex jingħata prova magħhom. Jidher li fis-sessjonijiet ta’ taħriġ impressjona sew lil Brandon Rogers li minnufih jixtiequ fl-iskwadra tiegħu.

Share With: