Miriam Dalli u Clyde Caruana jieħdu l-ġurament

Ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala deputati tal-Parlament Miriam Dalli u Clyde Caruana.

Huma ġew ‘co-opted’ mill-Partit Laburista biex jieħdu post l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat u t-Tabib Etienne Grech rispettivament.

Dalli kienet ilha mill-2014 isservi fil-Parlament Ewropew waqt li Caruana ilu mindu nħatar Prim Ministru Robert Abela jservi bħala Chief-of-Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dalli u Caruana ħadu l-ġurament tal-ħatra qabel ġie ippreżentat il-baġit għas-sena d-dieħla.

Share With: