Mohamed Fares jingħaqad ma’ Lazio

Il-winger Alġerin Mohamed Fares ingħaqad ma’ Lazio mingħand SPAL, fejn wara xhur ta’ negozjati sa fl-aħħar id-direttur sportiv Igli Tare wasal għal dan it-trasferiment tant mistenni.

Fares jilgħab mal-faxxa laterali u għandu 24 sena. Wara li kiber fl-akkademja ta’ Bordeaux, mar l-Italja u kompla jitħarreġ maż-żgħażagħ ta’ Verona. Huwa lagħab ukoll ma’ SPAL fejn se jkun qed jerġa’ jingħaqad ma’ sieħbu Manuele Lazzari li wkoll jifforma parti mill-iskwadra Biancoceleste.

Lazio ħallsu s-somma ta’ €10 miljun biex kisbu lil Fares.

Share With: