Mohamed Salah minflok Paulo Dybala?

Ħafna qed isejħulha xniegħa filwaqt li oħrajn qalu li dan kollu jista’ jsir realtá. Fil-fatt fuq is-sit elettroniku Don Balon, ħarġet l-aħbar li Juventus huma lesti li jbiegħu lill-attakkant tagħhom Paulo Dybala lil Real Madrid sabiex bil-fondi jkunu jistgħu jmorru għall-iskorer prolifiku ta’ Liverpool, Mohamed Salah. Dan tal-aħħar diġá kellu esperjenza fl-Italja ma’ Fiorentina u Roma u l-Bianconeri jistgħu jkunu t-tielet club tiegħu fl-Italja.

Iċ-champions Taljani huma lesti li jneħħu lil Dybala għas-somma ta’ €100 miljun, b’Real Madrid li qed itellgħu u jniżżlu x’għandhom jagħmlu.

Paulo Dybala għandu 26 sena u ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2015 fejn skorja 68 gowl f’168 partita.

Share With: