Moise Kean kuntent bil-mument pożittiv tiegħu

L-attakkant żagħżugħ Moise Kean tkellem dwar il-mument mill-aqwa li għaddej minnu fil-karriera tiegħu. Hu qal li minn mindu ngħaqad ma’ Paris St Germain mingħand Everton, ġraw wisq affarijiet sbieħ.

Huwa fisser kemm verament kellu bżonn il-bidla għax xejn ma seta’ jidra f’Goodison Park u issa determinat li jissielet għal postu fil-Parc des Princes.

Meta tkellem dwar il-fatt li l-coach tat-team nazzjonali Taljan, Roberto Mancini, għażlu għall-konfronti mill-UEFA Nations League, Kean qal li mhux faċli li żagħżugħ tal-etá tiegħu jiġi magħżul biex jirrappreżenta lil pajjiżu u rringrazzja lill-coach tiegħu għall-fiduċja li tah. 

Kean daħal jilgħab fit-tieni taqsima tal-logħba mirbuħa mit-team nazzjonali Taljan bl-iskor ta’ 6-0 kontra l-Moldova. Din kienet is-sitt darba li lagħab mal-Azzurri filwaqt li skorja żewġ goals matul dan iż-żmien.

Share With: