Napoli jkomplu jittestjaw lill-players minħabba l-Covid-19

Bħalissa l-players u membri tal-istaff ta’ Napoli għaddejjin b’serje ta’ swab tests sabiex jiġi kkontrollat kemm jista’ l-virus li laqat lil dan it-team wara l-logħba li kellhom ma’ Genoa. Dawn tal-aħħar kellhom 11-il plejer pożittiv għal Covid-19 u għalhekk indirettament “għaddew” il-virus lill-players ta’ Napoli.

Sar magħruf li l-players Partenopei qed jieħdu dan it-test bi gruppi ta’ seba’ players kull ġurnata u s’issa ma kienx hemm aktar minnhom li nstabu pożittivi. Bħalissa huma jinsabu fiċ-Ċentru Tekniku ta’ Castel Volturno fejn xi wħud minnhom jagħmlu xi taħriġ individwali u b’oħrajn li qegħdin f’iżolament.

Kien f’dan l-isfond li l-aħħar akkwist ta’ Napoli, Tiemoue Bakayoko, wasal f’dan iċ-ċentru u immedjatament għamel it-testijiet mediċi sabiex meta l-iskwadra tkun kompluta jkun jista’ jingħaqad għas-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-coach Gennaro Gattuso.

Share With: