Napoli mistennija jagħmlu rikors wara d-deċiżjoni tal-Lega Taljana

Hekk kif Napoli rċevew il-konferma li tilfu l-logħba kontra Juventus bl-iskor ta’ 3-0 fuq il-mejda, mistenni jibda rikors ġudizzjarju li għandu jieħu ħafna ġimgħat sa ma jinqata’.

Uffiċjali minn dan il-club min-naħa t’isfel tal-Italja qalu li ma kinux sorpriżi bl-eżitu tad-deċiżjoni li ttieħdet iżda ma jistgħux jaċċettawha ladarba ma kienx tort tagħhom li ma marrux f’Turin għal-logħba kontra ċ-champions Taljani.

Sadanittant l-istess uffiċjal qal li i Partenopei kienu diġá lesti li jaqbdu ajruplan minn x’imkien ieħor biex ikunu fil-ħin għal-logħba tal-Allianz Stadium iżda kif inhu magħruf l-Awtoritajiet tas-Saħħa ta’ Napli ma ħallewhomx jagħmlu dan il-vjaġġ. 

Bosta osservaturi tal-football Taljan qed jgħidu li din il-kwistjoni se tibqa’ waħda kontroversjali u li ħafna se jibqgħu jitkellmu fuqha.

Sadanittant Napoli tnaqqsilhom ukoll punt mill-klassifika tagħhom bħala penalitá sabiex issa niżlu fit-tmien post tal-klassifika tas-Serie A.

Share With: