Owen Bonnici jinsisti li l-edukazzjoni vera fil-klassi

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici spjega fil-Parlament kif qed jiġu irrekordjati l-lezzjonijiet li se jittellgħu fuq is-sit Teleskola madankollu nsista li l-edukazzjoni vera tingħata fil-klassi.

Bonnici nsista li post l-istudenti huwa fil-klassi u wissa li Allaħares jagħmlu sena ‘l bogħod mill-klassijiet.

Waqt li sostna li għadu ma fehemx x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-ritorn fl-iskejjel, huwa nsista li l-edukazzjoni vera ssir fil-klassi u ma nistgħux ngħidu li l-alternattiva hija li l-istudenti jibqgħu msakkrin id-dar.

Huwa fakkar li l-Gvern kien qed jagħti lill-ġenituri l-għażla jekk jibgħatux lil uliedhom l-iskola jew le u waqt li qal li jifhem li tfal vulnerabbli ma jintbagħtux għamilha ċara li ma jifhimx min ma jibgħatx lit-tfal bla raġuni.

Bonnici semma li fir-rigward tal-istudenti vulnerabbli l-Gvern diġà ħalsilhom sena internet b’xejn u li din se tiġi estiża.

Dwar l-Università innota li twaqqfu tined b’hotspots u wifi għall-istudenti biex ikunu jistgħu jsegwu l-lezzjonijiet fuq il-kampus.

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Għalliema huwa sellem lil madwar 10,000 edukatur li hawn f’pajjiżna u irringrazzjahom ta’ xogħlhom.

Share With: