Passi dixxiplinari kontra Mason Greenwood?

L-ogħla awtoritajiet ta’ Manchester United iltaqgħu mal-attakkant tagħhom Mason Greenwood fuq kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-ground. Fil-fatt, dan il-player ta’ 19-il sena qatt m’hu puntwali għas-sessjonijiet ta’ taħriġ u wara sensiela ta’ skużi, il-coach tar-Red Devils, Ole Gunnar Solskjaer, informa lid-diriġenti tiegħu dwar dan kollu. Mhux eskluż li jittieħdu passi dixxiplinari kontrih iktar u iktar jekk tkompli għaddejja din il-problema.

Sadanittant fil-laqgħa li kellhom mal-player, id-diretturi tal-club talbuh sabiex iżomm il-puntwalita’ għax se jkollhom jittieħdu miżuri iktar ħorox kontrih.

Share With: