Paul Scholes: Morru u akkwistaw lil Dayot Upamecano

L-eks stilla ta’ Manchester United, Paul Scholes, kien qed jitkellem fi programm televiżiv u ssuġġerixxa lill-ogħla awtoritajiet tal-klabb sabiex imorru għad-difensur ċentrali ta’ RB Leipzig, Dayot Upamecano. Dan tal-aħħar kien jifforma parti mit-team li lagħab kontra l-istess Red Devils li dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0 mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Upamecano għandu 22 sena u huwa meqjus bħala d-difensur ta’ talent li joqgħod ħafna għat-tattika tat-team minn Manchester. Matul l-istaġun li għadda huwa kien protagonista fil-mixja tat-team tiegħu sas-semifinali tal-ogħla kompetizzjoni Ewropea.

Upamecano huwa Franċiż u lagħab 87 partita mat-team minn Leipzig u skorja tliet goals kemm ilu magħhom f’dawn l-aħħar tliet snin.

Share With: